Lokali

AĠĠORNATA: Raġel jintlaqat minn vettura fil-Ħamrun

Ambulanza u Pulizija kellhom jissejħu fi Triq Mons. Depiro fil-Ħamrun wara li ntlaqtet persuna.

Il-każ seħħ għall-8:45am, u t-triq kellha tingħalaq.

Aktar tard, kien konfermat li raġel intlaqat minn vettura – iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha trid tiġi konfermata.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.