Tħabbret il-mewt tal-kantanta Helen Micallef, li flimkien ma’ Joe Cutajar kienet irrappreżentat lill-pajjiżna fil-Eurovision Song Contest fl-1972 bil-kanzunetta ‘L-Imħabba’.
Hija mietet fl-età ta’ 76 sena. Helen Micallef bdiet il-kariera tagħha fil-mużika fl-età ta’ 10 snin u sa ftit tas-snin ilu, propju fl-2022 kienet ingħaqdet ma’ Joe Cutajar waqt il-Eurovision Song Malta biex flimkien ikantaw ‘L-Imħabba’ – 50 sena wara.
Hija kienet ir-raba’ wild minn tmienja, u ħuha Renato Micallef kien ukoll irrappreżenta lill-pajjiżna fil-Eurovision Song Contest fl-1975.
Helen Micallef kienet l-ewwel mara li rrappreżentat lill-pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.
//= $special ?>

