Il-Pulizija ta’ San Ġiljan irreġistrat 28 rapport mingħand residenti tas-Swieqi u San Ġiljan relatati ma’ storbju eċċessiv jew argumenti li jinvolvu persuni barranin li kienu qed joqogħdu f’diversi proprjetajiet, inklużi dawk użati għal short lets u oħrajn.
Dawn l-inċidenti seħħew bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u s-27 ta’ Jannar 2026, kemm waqt li l-imsemmija persuni kienu ġewwa l-proprjetajiet jew waqt li dawn ikunu barra fi triq deħlin għall-istess proprjetajiet.
Dan ikkonfermah Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.
Tfisser ukoll li meta l-Pulizija setgħet tivverifika l-ilmenti dwar l-istorbju, il-persuni kkonċernati ġew imwissija biex jieqfu. Fost dawn il-każijiet, kien hemm ukoll każ fejn inħarġu akkużi.
//= $special ?>

