Internazzjonali

Ammont rekord ta’ borra jiksi t-tramuntana tal-Ġappun bħal gverta

Għexieren ta’ persuni tilfu ħajjithom fil-Ġappun wara li niżel ammont rekord ta’ borra li ksiet it-tramuntana tal-pajjjiż bħal gverta; filwaqt li esperti avżaw li temperaturi aktar sħan jistgħu joħolqu aktar inċidenti.

L-awtoritajiet qalu li 35 persuna mietu f’firxa ta’ inċidenti relatati mal-borra fil-Ġappun mill-20 ta’ Jannar – b’400 persuna jispiċċaw feruti, u 126 minnhom b’mod serju.

Filwaqt li hija mistennija aktar borra f’dan il-weekend, esperti qalu lin-nies biex joqogħdu attenti meta l-borra jibda jinħall, għaliex dan iżid ir-riskju ta’ valangi hekk kif il-borra tibda tinħall.