Zach huwa tifel ċkejken li twieled bil-kundizzjoni rari tal-Joubert Syndrome, li taffettwa l-kontroll tal-muskoli u l-iżvilupp b’mod ġenerali. Madanakollu huwa ta’ kuljum jagħmel sforz kbir anke permezz ta’ terapija u fiżjoterapija, fost oħrajn, kollha bil-għan li jgħinuh jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu.

Kien għalhekk li ftit tal-jiem ġiet imnedija paġna fuq facebook bl-isem ta’ “Team Zach – Conquering Joubert Sydrome” – fejn kull min jixtieq jista’ jsegwi l-vjaġġ ta’ Zach permezz u jsegwi l-dan it-tifel.
Sfortunatement, hekk kif din il-kundizzjoni hija waħda rari, it-trattament speċjalizzat ma jingħatax f’Malta u għalhekk kull min jixtieq jgħin, jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu fuq revolut fuq dan in-numru: 79906993.



