Atalanta 3 Juventus 0
Rebħa netta ta’ Atalanta f’Bergamo li mmaturat fit-tieni taqsima b’żewġ gowls fi spazju qasir li kienu biżżejjed għall-eliminazzjoni ta’ Juventus mill-Coppa Italia. B’hekk Atalanta għaddew għas-semifinali wara li ġurnata qabel Inter kienu eliminaw lil Torino.
B’Juventus fuq l-offensiva fit-18-il minuta kien Marco Carnesecchi li salva fuq Conceicao sabiex minuta wara l-istess Francisco Conceicao laqat il-lasti.
Fl-24 minuta fuq cross, Bremer deher li xellef il-ballun b’idu. Michael Fabbri kkonsulta l-VAR u kkonferma l-penalty għall-Atalanta. Tah GIANLUCA SCAMACCA li għeleb lil Mattia Perin.
Fl-aħħar minuta ta’ ħin miżjud foul barra l-kaxxa ta’ Scamacca fuq Locatelli. Freekick mgħoti mill-istess Locatelli li mar ftit barra biex l-ewwel taqsima ntemmet b’vantaġġ minimu għall-Atalanta.
B’Juventus jiftħu t-tieni taqsima mas-70 minuta Raffaele Palladino wettaq erba’ sostituzzjonijiet b’erba’ plejers jagħmlu differenza enormi. Fis-77 minuta minn azzjoni ta’ Raoul Bellanova kien KAMALDEEN SULEMANA li għeleb lil Perin għat 2 – 0. Kibret il-pressjoni minn Atalanta li fil-85 minuta għamlu l-iskor 3 – 0 permezz ta’ MARIO PASALIC minn azzjoni ta’ Nicola Kristovic b’Atalanta fis-semifinali.
//= $special ?>

