Internazzjonali

Attakk terroristiku fil-Pakistan joqtol mill-inqas 31 persuna

Attakk terroristiku fuq moskea fil-belt kapitali tal-Pakistan, Islamabad, ħakkmet il-ħajjiet ta’ mill-inqas 31 persuna u ġarrfet madwar 170 persuna oħra.

Skont ir-rapporti minn xhud li raw x’ġara, kien hemm żewġ attakkanti b’armi tan-nar li sparaw fuq il-gwardjani tal-moskea Khadija Tul Kubra. Wieħed mill-attakkanti ġie milqut minn tira tan-nar u malli waqa’ mal-entrata tal-moskea sploda l-bomba li kellu fuqu. Intant, l-attakkant l-ieħor ħarab mill-post.

Dan il-verżjoni tal-ġrajjiet ġie kkonfermat mill-Ministru għad-difiża Khawaja Asif.

Il-President tal-Pakistan, Asif Ali Zardari, saħaq li dan l-attakk huwa “delitt kontra l-umanità”.

Id-Deputat Prim Ministru, Ishaq Dar, stqarr li l-Pakistan tiġġieled kontra t-terroriżmu ta’ kull forma u li estremisti “se jkunu kkastigati”.

Dan l-attakk seħħ waqt li l-President tal-Użbekistan qiegħed fuq żjara uffiċjali fl-Islamabad stess.