“Eddie li biddel wiċċ pajjiżna – illum qed niċċelebraw dak kollu li ssawwar bis-saħħa tiegħu”
Kien dan il-messaġġ tal-Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista wara li uffiċjalment taw bidu għal maratona ġbir ta’ fondi speċjali f’għeluq it-92 sena ta’ Eddie Fenech Adami.
Min naħa tiegħu is-Segretarju Ġenerali tal-PN spjega kif kien bis-saħħa ta’ Eddie Fenech Adami li llum il-ġurnata ingawdu minn ħafna libertajiet – fosthom il-media ħielsa u għalekk li l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jdur fuq il-poplu sabiex jiġbor fondi għat-tisħiħ f’tamir ta’ Net Media. Kien għalekk li rringrazzja wkoll lil dawk il-voluntiera u ħaddiema li qed jikkontribwixxu il-maratona ġbir ta’ fondi.
Min naħa tiegħu is-Segretarju Organizzativ Eżekuttiv tal-PN Stefan Caruana, tkellem fuq l-akbar kisbiet ta’ Eddie Fenech Adami – kisbiet li mhux biss qiegħdin fil-memorja ta’ dawk li għexu ż-żminijiet, però li jinħassu wkoll fil-libertajiet tal-ġenerazzjoni tal-lum.
Intant it-teżorier tal-Partit Nazzjonalista Veronica Perici Calascione tkellmet wkoll dwar kif hu importanti li nkomplu niċċelebraw lil dan ir-raġel speċjali, filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li ser jgħatu d-donazzjoni tagħhom u lil dawk li diġa taw.
Dalgħodu, bdiet wkoll l-inizjattiva ġbira ta’ fondi li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista u li taħbat eżatt lejlet għeluq snin il-President Emeritu u Eks Prim Ministru ta’ pajjiżna Eddie Fenech Adami.
Matul il-programm speċjali ser ikun hemm bosta intervisti ma’ dawn li ħadmu mill-viċin ma’ Eddie Fenech Adami.



