Lokali

‘Awguri Eddie’ – tibda l-inizjattiva ġbir ta’ fondi fuq Net FM

Dalgħodu, bdiet l-inizjattiva ġbira ta’ fondi li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista u li taħbat eżatt lejliet għeluq snin il-President Emeritu u eks Prim Ministru ta’ pajjiżna Eddie Fenech Adami.

L-inizjattiva ‘Awguri Eddie’ fetħet kmieni filgħodu permezz tal-programmi fuq Net FM.

Aktar tard, fl-4:30pm, jibda programm speċjali anke fuq Net Television.

Din is-sena, il-ġabra se tmur sabiex jissaħħaħ l-operat tal-media tal-Partit Nazzjonalista – fost l-oħrajn bix-xiri ta’ apparat ġdid għall-istazzjonijiet u investiment fl-infrastruttura moderna.

Intant, fl-okkażjoni ta’ għeluq snin Eddie Fenech Adami, Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Prim Ministru u President ta’ Malta, In-Nazzjon ippubblikat ħarġa speċjali b’riproduzzjoni tal-ewwel paġni ta’ quddiem storiċi ta’ In-Nazzjon ta’ meta Eddie Fenech Adami laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista, Kap tal-Oppożizzjoni, Prim Ministru, u President ta’ Malta.