Sport

Ċerimonja tal-Ftuħ unika

ll- Logħob Olimpiku tax-Xitwa ta’ Milano Cortina 2026  għandu Ċerimonja tal-Ftuħ unika. L-avveniment storiku se jsir mhux biss fi Stadio Giuseppe Meazza u fil-belt ta’ Cortina d’Ampezzo, iżda wkoll f’postijiet oħra fit-Tramuntana tal-Italja li se jospitaw kompetizzjonijiet Olimpiċi.

Spettaklu ta’ dawl, kulur, tradizzjoni, arti u kultura se jiċċelebra l-ispirtu Taljan bl-aħjar mod possibbli. Dan kollu se jkun akkumpanjat minn wirjiet minn artisti internazzjonali ewlenin bħas-superstar rebbieħa ta’ ħames darbiet il-Grammy Award Mariah Carey li se tkanta bit-Taljan, kif żvela d-Direttur Kreattiv taċ-Ċerimonja tal-Ftuħ  Marco Balich. Preżenti wkoll it-tenur  Andrea Bocelli , il-kantanta Laura Pausini, l-attur Pierfrancesco Favino u  l-attrici  Sabrina Impacciatore .

Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ iddur mal-kunċett tal-‘Armonija’ , tema magħżula biex twassal messaġġ universali ta’ paċi, unità u djalogu. L-avveniment żgur li m’għandux jintilef, u se jsir f’wieħed mill-aktar postijiet ikoniċi fl-isport dinji. Dan kollu flimkien mar-ritwal tradizzjonali marbut mal-Olimpijadi.

Għall-ewwel darba, se jkun hemm żewġ Kaldaruni Olimpiċi : wieħed f’Milan, fl-Arco della Pace, u l-ieħor fi Piazza Dibona f’Cortina.

Se tkun l-ewwel ċerimonja tal-ftuħ f’diversi postijiet fl-istorja tal-Olimpjadi tax-Xitwa . Dan iġib miegħu opportunitajiet u ħafna sfidi. L-opportunitajiet huma li jippermettu lill-atleti jipparteċipaw, kollha kemm huma, fil-parata tal-atleti.

Aktar minn 1,200 voluntier se jipparteċipaw f’wirjiet diretti waqt avveniment organizzat bejn Milano, Cortina, Livigno u Predazzo fejn huwa stazzjonat Tim Malta mmexxi minn Maria Vella Galea u l-atleta Jenny Axisa Eriksen.

L-Olimpijadi tax-Xitwa Milano – Cortina se jkunu wkoll l-ewwel Olimpijadi għal Kirsty Coventry minn meta ġiet eletta President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.