Ton Ton Laferla rebaħ id-Double Handed Round Comino tar-Royal Malta Yacht Club li kienet it-tieni tellieqa fil-kalendarju ta’ din is-sena.
It-tellieqa kienet maqsuma f’żewġ klassijiet fejn fil-Klassi IRC, Ton Ton Laferla ta’ Gerald Gambin u Gregory Mifsud, ħa vantaġġ mill-ewwel, b’Lartista ta’ Anton Calleja u Andrea Vella fil-qrib. Warajhom, Stella R ta’ Steve Carter u Patrick Genovese u Time Out ta’ Mario Sant u Danjel Fenech. Time Out ħa vantaġġ żgħir qrib L-Aħrax fejn it-tnejn komplew jissieltu sa Baħar iċ-Ċagħaq, fejn Seven ta’ Mario Debono u Ramon Sant Hill għamlet progress tajjeb mal-grupp.
Ton Ton Laferla żamm vantaġġ matul it-tellieqa kollha biex spiċċa l-ewwel qabel Seven li kienet it-tieni dgħajsa li spiċċat iżda fuq il-ħin korrett kienu Lartista u Time Out li kisbu t-tieni u t-tielet post rispettivament fil-Klassi IRC.
Fil-Klassi RMYC Club, Big Star ta’ Sandro Musu u Sue Busuttil irritornaw wara waqfa ta’ sentejn — rebħet il-klassi fuq Code Zero ta’ Matthew u Sebastian Miceli Demajo. Exaltor u Patron, mill-flotta Club Cruisers, irtiraw matul it-tellieqa.
L-avveniment li jmiss ser tkun it-tieni tellieqa tar-Royal Malta Yacht Club Winter Series by Beneteau fuq forma pursuit se ssir nhar is-Sibt, 14 ta’ Frar.
//= $special ?>

