Raġel minn Hong Kong u l-maħbuba tiegħu sabu lilhom infushom fuq pjattaforma tal-pornografija tliet ġimgħat wara ż-żjara tagħhom f’lukanda fil-belt Ċiniża ta’ Shenzhen.
Ir-raġel – li kien konsumatur ta’ pornografija li tkun iffilmjata bil-moħbi – sab ruħu u l-maħbuba tiegħu vittimizzati fl-istess mod li kien jara nies oħra jkunu vittimizzati. Meta hu żvela dan lill-maħbuba tiegħu, hi ħasbet li kien qiegħed jiċċajta, imma meta rat il-filmat spiċċat imbeżża’.
Il-filmat inqabad b’kamera moħbija li kienet imqiegħda fil-kamra tal-lukanda tagħhom. Mhux talli hekk, iżda l-filmat ġie wkoll imtella’ fuq pjattaforma fuq l-Internet għall-konsum ta’ eluf. Din il-pjattaforma rrikjediet il-ħlas għall-aċċess, jiġifieri l-persuna li hu responsabbli li xerred dan il-filmat japprofitta minn din l-imġiba.
Waqt li l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-pornografija hija illegali fiċ-Ċina, il-problema tal-bejgħ tal-aċċess għall-filmati u għax-xandiriet diretti tibqa’ problema li ħafna nies saru attenti meta jżuru lukandi.
Il-koppja jibqgħu trawmatizzati u jevitaw iżuru lukandi.
F’lukanda fiċ-Ċina: Mument intimu ġie rrekordjat bil-moħbi u spiċċa fuq l-Internet


