Ewropa Unjoni Ewropea

Haley Bugeja tirċievi l-bandiera tal-UE mingħand il-President Metsola fil-Kwartieri Ġenerali tal-Inter FC f’Milan

Il-President tal-Parlament Ewropew u l-MEP għal Malta u Għawdex Roberta Metsola tinsab f’Milan, hekk kif ġiet mistiedna għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa. Qabel iċ-ċerimonja tal-lejla f’San Siro, il-President Metsola kienet il-mistiedna speċjali tal-Inter FC hekk kif ospitawha fil-kwartieri ġenerali tagħhom.

Milqugħa mill-President u s-CEO ta’ Inter FC Giuseppe Marotta, il-President Roberta Metsola ltaqgħet mal-qawwa tal-futbol Maltija Haley Bugeja li ppreżentat lill-President Metsola l-flokk bin-numru 7 tagħha. Il-President tal-Parlament Ewropew ippreżentat lil Bugeja l-bandiera tal-Unjoni Ewropea. “Kien sabiħ li nitkellmu dwar il-vjaġġ inkredibbli tagħha u l-kburija li tirrappreżenta l-gżira tagħna fuq livell dinji,” qalet il-President Metsola.

Il-President Metsola ġiet mistiedna wkoll tiltaqa’ mal-ġurnalisti u t-tmexxija ta’ Gazzetta Dello Sport, fejn ġiet ippreżentata b’edizzjoni speċjali tal-gazzetta, ippubblikata bl-użu ta’ karta bajda minflok il-karta roża li magħrufa għaliha Gazzetta Dello Sport.