“Id-determinazzjoni ta’ Eddie tinspirana nkomplu naħdmu għal ġid ta’ Malta u Għawdex”
Saħaq dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta kien qed jiġi intervistat minn Francesco Catania fil-programm speċjali propju lejliet għeluq snin it-92 sena ta’ Eddie Fenech Adami.
Intant Alex Borg beda’ billi tkellem fuq id-determinazzjoni ta’ Eddie Fenech Adami, u kif dik l-istess determinazzjoni tispirah ta’ kuljum, sabiex ikompli jaħdem għal ġid tal-pajjiż bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista bħal ma għamel Fenech Adami qablu.
Apparti min hekk Alex Borg saħaq li l-ġid li ħalla Eddie Fenech Adami jiltaqa’ miegħu ta’ kuljum fil-ħidma politika tiegħu, mill-miljuni ta’ fondi Ewropej lin-negozji, għaqdiet u infrastruttura għal libertajiet ekonomiċi u soċjali.
il-Kap tal-PN Alex Borg qal wkoll li meta nitkellmu dwar Eddie, spiss tiġina f’moħħna l-frażi Missier Malta Ewropea’ – frażi li wriet kemm kienet kisba importanti għall-pajjiż – anke fil-kuntest tar-realtajiet tal-lum.
Rigward is-sitwazzjoni politika preżenti fejn tidħol il-kwistjoni tal-għażla ta’ Prim Imħallef, Alex Borg tkellem fuq l-impożizzjoni mill-Gvern Laburista u kif hu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista waqaf quddiem dan l-abbuż – Apparti min hekk ikkundanna wkoll lil Robert Abela li spiċċa ppublika isem Ġudikant prattikanti sabiex jipprova jdawwar din l-għażla hekk importanti għal pajjiż f’ballun politiku.
//= $special ?>

