Il-poplu Ġappuniż, fil-preżent, qed jiffaċċja l-agħar sensiela ta’ maltemp għal ħafna snin u li mistenni jkompli sal-aħħar tax-xahar. Dan fost sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’diversi provinċji, bl-iskwadri qegħdin ifittxu għall-persuni rrappurtati nieqsa
Sadanittant, l-awtoritajiet ikkonfermaw li għexieren ta’ persuni tilfu ħajjithom f’numru ta’ zoni wara li niżel ammont rekord ta’ borra li ksiet it-Tramuntana tal-pajjiż bħal gverta…Dan filwaqt li l-esperti avżaw li t-temperaturi jistgħu joħolqu aktar inċidenti matul il-ġranet li ġejjin.
L-awtoritajiet qalu wkoll li, mill-20 ta’ Jannar, 35 persuna mietu waqt firxa ta’ inċidenti relatati mal-borra (fil-Ġappun) — b’400 persuna jispiċċaw feruti; 126 minnhom serjament.
Filwaqt li mistenni aktar inżul tal-borra fi tmiem il-ġimgħa, l-esperti qalu lin-nies biex joqgħodu attenti għal meta l-borra jibda jinħall, għaliex dan iżid ir-riskju tal-valangi tal-art.
//= $special ?>

