Internazzjonali

Il-Pakistan: Mejtin u midruba waqt splużjoni f’moskea

L-awtoritajiet Pakistani qed jinvestigaw sitwazzjoni ta’ terrur wara li talanqas 40 persuna tilfu ħajjithom fi splużjoni li qerdet moskea fil-belt kapitali ta’ Islamabad.

L-isplużjoni kienet ippjanata għal  ħin meta numru kbir ta’ devoti kienu qed jattendu għat-talb tradizzjonali ta’ nhar ta’ Ġimgħa fil-moskea…Splużjoni li fiha ndarbu wkoll ‘il fuq minn 170 persuna  – bl-isptarijiet fil-kapitali, fl-aħħar sigħat, jispiċċaw joperaw is-servizzi ta’ emerġenza bħala kollettiv.

Din mhix l-ewwel darba li seħħ attakk fuq din l-iskala fil-Pakistan u li deher indirizzat għall-persuni ta’ twemmin Iżlamiku differenti minn ta’ ħaddieħor.

Intant, id-devoti maqtula kienu  kollha Musulmani Xiti u meta l-moskea inkwistjoni tinsab f’zona ta’ Islamabad bl-isem ta’ Tarlai.

Dan ukoll meta r-rapporti qed jissuġġerixxu li l-istraġi kienet dovuta għal terrorista suwiċida li rnexxielu jinfiltra mad-devoti fil-moskea — bil-Prim Ministru Pakistani, Shehbaz Sharif, fl-aħħar sigħat, jesprimi niket profond f’isem il-poplu  u fost il-kundanna bla riservi għal dan il-qtil bla sens.