Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola laqgħet lil Nadia Murad, attivista tad-drittijiet tal-bniedem u rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi, fil-Parlament Ewropew. Il-laqgħa iffukat fuq l-impenn sod tal-Parlament għad-drittijiet tal-bniedem.
Nadia Murad, li salvat il-massakru tal-Yazidi tal-2014 fl-Iraq, matul l-aħħar għaxar snin bidlet it-traġedja personali tagħha f’moviment globali għall-ġustizzja.
Fl-2016, il-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-kuraġġ tagħha billi taha lilha u lil Lamiya Aji Bashar il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb.
Sentejn wara, ingħatat il-Premju Nobel għall-Paċi għall-isforzi tagħha biex ittemm l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u tibqa’ Ambaxxatriċi tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Dinjità ta’ dawk li salvaw it-Traffikar tal-Bnedmin.
Il-President Roberta Metsola stqarret li l-vjaġġ ta’ Nadia Murad huwa xhieda tal-qawwa li tkisser is-silenzju.
Apparti min hekk Roberta Metsola qalet wkoll li l-kuraġġ tagħha mhux biss jispira – imma huwa sejħa għall-azzjoni għalina lkoll.
//= $special ?>

