Lokali

“Jien il-ħaruf tas-sagrifiċċju” – Roderick Galdes

“Jien irrid innaddaf ismi. Fuq kollox, inħossni seren”.

Hekk iddikjara l-Eks Ministru Roderick Galdes meta din il-ġimgħa kien intervistat minn Manuel Cuschieri – intervista li fiha stqarr li hu jħossu “il-ħaruf tas-sagrifiċċju”.

Fuq Smash TV, Roderick Galdes qal li l-assi tiegħu nbnew bil-paga tiegħu u tal-mara tiegħu. Kif ukoll assistenza li kellu mill-ġenituri matul is-snin.

“Kelli kollox in order”, stqarr l-Eks Ministru Laburista – li għadu deputat fuq il-bankijiet tal-Gvern, u kommess li jerġa’ jikkontesta s-Sitt Distrett fl-elezzjoni ġenerali li ġejja. B’Galdes jgħid li ċemplulu nies jibki, sabiex juruh appoġġ.

Roderick Galdes stqarr ukoll li hu għadda minn martirju. Dan filwaqt li wera ritratti – għall-ewwel darba – tal-penthouse li akkwista f’Għawdex.