Il-Business Development Scheme tal-Malta Enterprise se tkun qed tiġi emendata biex tinkludi rranġar u restawar ta’ negozji li sofrew ħsarat ikkawżati mill-maltempata qalila li ħakmet lill-pajjiżna fl-20 ta’ Jannar.
Permezz ta’ din l-iskema, negozji li sofrew ħsara li taqbeż is-€7,000 f’danni, se jkunu jistgħu japplikaw għal 60% tal-ispejjeż li jkunu nefqu.
L-appoġġ minn Malta Enterprise f’kull każ partikolari mhux se jkun qed jaqbeż l-€20,000 u x-xogħlijiet iridu jkunu ġew iċċertifikati minn inġinier jew Perit.
Negozji li sofrew ħsarat sa massimu ta’ €5,000 jistgħu jagħmlu użu minn skemi maħruġa minn Transport Malta.
In-negozji milquta jistgħu jissottomettu talba għall-assistenza taħt din l-iskema, liema negozji għandhom jiżguraw li l-operat tagħhom huwa konformi skont il-permessi neċessarji. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, in-negozju xorta jista’ japplika iżda jingħata żmien sena biex jirregolarizza l-pozizzjoni tiegħu u jekk jiġi konformi skont il-permessi applikabbli ikun jista’ jibbenefika min din l-iskema.
//= $special ?>

