Lokali

Laqgħa pożittiva bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonista u l-Prim Ministru dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef

Il-laqgħa f’Kastillja bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u l-Prim Ministru Robert Abela dwar il-ħatra importanti tal-Prim Imħallef  ġiet desktritta bħala waħda pożittiva.

F’kummenti lill-ġurnalisti l-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li hu se jibqa’ miftuħ għad-diskussjoni, kif fuq kollox dejjem kien.  

Il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti lill-ġurnalisti wkoll qal li din kienet laqgħa kordjali.

Id-diskussjonijiet bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Prim Imħallef reġgħu issoktaw grazzi għall-insistenza ta’ Alex Borg sabiex l-għażla għal din il-kariga importanti, tkompli tiġi diskussa, f’ġieħ l-interess nazzjonali, u mhux dak partiġġjan.

It-taħditiet komplew il-Ġimgħa filgħaxija wara li intervjeniet il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono fuq l-insistenza ta’ Alex Borg – tant li l-Ħamis filgħaxija sejħet kemm għal Prim Ministru u anke għall-Kap tal-Oppożizzjoni.  

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister tal-ġustizzja Joe Giglio.