Raġel ta’ 74 sena mill-Mosta, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien ntlaqat minn karozza fi Triq Walter L. Salomone, il-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għall-ħabta tal-10:00am, l-anzjan intlaqat minn vettura tal-għamla Isuzu D-Max misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Mosta wkoll.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard kien
iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

