Tfajla ġiet salvata mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li sabet ruħha f’diffikultà fiz-zona tal-Aħrax tal-Mellieħa.
Uffiċjali tas-CPD mill-istazzjonijiet numru 1, 3 u 5 waslu immedjatament fil-post fejn illokalizzaw lit-tfajla.
Hi spiċċat f’zona li ma kinitx faċli biex tiġi aċċessata, u allura kellhom jintużaw kemm ħbula biex jinżlu jwettqu s-salvataġġ kif ukoll assistenza minn naħa tal-baħar bl-użu tad-dgħajsa Delta 2.
L-għawwiema tas-CPD użaw ukoll inflatable stretcher biex hi tittella’ lejn zona sigura.
Net News jinsab infurmat li t-tfajla sofriet ġrieħi ħfief.
Fil-post assistew membri mill-isptar Mater Dei kif ukoll Pulizija.
//= $special ?>

