Lokali

Titjir ta’ tajr biex titqajjem kuxjenza dwar l-epilessija

Biex tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Epilessija, li jaħbat nhar it-Tnejn, 9 ta' Frar 2026, il-Caritas Malta Epilepsy Association (CMEA) se torganizza attività ta' titjir ta' tajr biex tqajjem kuxjenza dwar l-epilessija u tippromwovi l-inklużjoni u l-kuxjenza fil-komunità. Tajra pilota se tkun qed tappoġġja banner ta' 3 metri fis-sema bl-iskrizzjoni: INTERNATIONAL EPILEPSY DAY u l-logo tas-CMEA. It-tajra hija simbolu ta' libertà, tama, u solidarjetà ma' dawk affettwati mill-epilessija.

L-avveniment se jsir għada s-Sibt, 7 ta’ Frar 2026, bejn l-10am u s-1pm, ħdejn il-Funtana tat-Tritoni barra bieb il-belt. Membri tal-kumitat tas-CMEA se jkunu preżenti biex iqassmu fuljetti ta’ informazzjoni u jispjegaw lill-pubbliku dwar l-epilessija, l-isfidi tagħha, u l-importanza tal-appoġġ għal nies li jgħixu bil-kundizzjoni. Iż-żieda fl-għarfien tgħin biex jitneħħew il-miti u tinkoraġġixxi konversazzjonijiet miftuħa dwar l-epilessija.
Il-Jum Internazzjonali tal-Epilessija jiġi osservat globalment biex jenfasizza l-ħtieġa għal ftehim aħjar tal-epilessija u biex jiddefendi d-drittijiet tan-nies li jgħixu biha. Permezz ta’ avvenimenti bħal dan, is-CMEA tkompli l-missjoni tagħha li teduka, tappoġġja u tagħti s-setgħa lill-individwi u l-familji affettwati mill-epilessija f’Malta. Dan l-aveniment qed isir bil-kollabroazzjoni ta' Kite Flyers Malta.