Lokali

Tliet timijiet fl-ewwel post tal-klassifika tal-Malta Amateur Football Association

Meta tkompla l-Kampjonat tal-Malta Amateur Football Association, Marsa St. Michael taw l-ewwel telfa liċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni Għaxaq Wolves hekk kif rebħulhom 2-1 f’partita missielta.

Wara dan ir-riżultat bħalissa hemm tliet timijiet fl-ewwel post tal-klassifika fejn apparti Senglea Gunners hemm ukoll l-istess Marsa St.Michael u Għaxaq Wolves bi 13-il punt.

Kontra Għaxaq Wolves, Marsa St Michael fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Nehemiah Perry fir-4 minuta u Uribe Rico Jeancor Stiven fis-17-il minuta.

Fit-tieni taqsima reazzjoni minn Għaxaq li naqqsu l-iskor fit-52 minuta permezz ta’ Sebastian Nayar .

Referee kien Gjorgji Bitri.

Valletta Stars St Dominic rebħu d-derby kontra Valletta St Paul’s 2-1 sabiex filwaqt li qabżuhom fil-klassifika, Valletta Str.Paul’s sofrew it-tieni telfa konsekuttiva.

Valletta St Paul’s fetħu l-iskor fil-11-il minuta permezz ta’ Andre Farrugia. Valletta Stars iżda dawru l-iskor favur tagħhom b’gowls ta’ Kylian Steve Lucas Deshayes fil-25 minuta u Abba Auwal fil-35 minuta.

Referee kien Roderick Micallef,.

San Ġiljan Saints għelbu lil Balluta Barracudas 4-0 b’gowls minn Claude Janse, Oliver Hylander, Rovert Veskimae minn penalty u Ray Forbes .

Referee kien Paul Apap.