Fil-ħarġa ta’ għada, il-Ħadd 7 ta’ Frar, għal gazzetta Il-Mument se tkun edizzjoni speċjali.
Dan hekk kif se tkun magħmula minn 40 paġna li se tkun qed twassal lill-pubbliku time-line sħiħ tas-saga b’rabta mal-ħatra tas-suċċessur ta’ Mark Chetcuti bħala Prim Imħallef ġdid – pożizzjoni ċentrali fil-ġudikatura li trid tingħażel biż-żewġ terzi tal-kamra tar-rappreżentanti.
Fl-edizzjoni speċjali se jkun hemm inkluż artikli, analiżi kif ukoll ritratti.
L-editur tal-gazzetta ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ma jitilfux il-kopja tagħhom ta’ ‘Il-Mument’ ta’ għada l-Ħadd, 7 ta’ Frar.
//= $special ?>

