Bill u Hillary Clinton jridu li x-xhieda tagħhom dwar il-każ ta’ Jeffrey Epstein issir fil-pubbliku.
L-eks mexxej Amerikan u martu ġew mitluba jixhdu quddiem il-kumitat tal-Kungress Amerikan li qed jinvestiga l-każ ta’ Jeffrey Epstein. Il-kumitat, immexxi mir-Repubblikani, inizjalment ried li x-xhieda ssir fil-magħluq.
Bill u Hillary Clinton qalu li seduta pubblika tkun aktar trasparenti u tippermetti lill-poplu Amerikan jara eżatt x’qed jingħad, minflok ma l-proċess jintuża għal skopijiet politiċi.
It-tnejn sostnew li m’hemm l-ebda prova li torbothom ma’ attivitajiet kriminali ta’ Epstein, minkejja li isem Bill Clinton jidher f’dokumenti relatati mal-każ. Sa issa, l-awtoritajiet Amerikani ma sabu ebda evidenza ta’ ħtija kontrihom.
Ix-xhieda tagħhom hija mistennija ssir aktar tard dan ix-xahar, bil-kwistjoni jekk tkunx pubblika jew privata għadha qed tiġi diskussa.
//= $special ?>

