Kultura Lokali

Ix-xita ħassret il-Karnival tal-lejla fil-Ħamrun u Santa Venera

Ix-xita kontinwa ħassret il-karnival li kellu jsir llejla fil-Ħamrun u Santa Venera.

Issa, qed ikun pjanat li l-karnival isir għada, fi Triq il-Kbira San Ġużepp – programmat li jibda fl-10am.

Il-karnival fil-Ħamrun qed ikun organizzat sabiex it-tradizzjoni ta’ din il-festa ta’ briju tkompli tissaħħaħ.

Flimkien mal-karrijiet, il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi wkoll minn żfin u attivitajiet għat-tfal.