“L-ebda mużika għall-ġenoċidju”
Kien dan l-appell u l-kampanja li qed tmexxi l-għaqda Moviment Graffiti, flimkien ma’ Ġustizzja għal Palestina u l-Lebanese Advocates meta s-Sibt organiżżat konferenza tal-istampa quddiem il-binja tax-Xandir tal-Istat, fejn appellaw biex Malta u l-PBS ma jipparteċipawx fil-konkors tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju li ġej fl-Awstrija.
F’din il-konferenza tal-istampa, Moviment Graffiti ħeġġet lix-xandir tal-istat sabiex jissosspendi l-parteċipazzjoni tiegħu mill-Eurovision Song Contest, u timxi wara l-passi ta’ Spanja, l-Irlanda, Slovenia, l-Olanda u l-Iżlanda hekk kif dawn il-ħames pajjiżi ddeċidew li mhux ha jipparteċipaw.
Moviment Graffiti flimkien mal-kelliema li tkellmu matul din il-konferenza stampa insistew li l-EBU qed tħalli lil Iżrael tipparteċipa f’dan il-konkors, dan meta Iżrael qatel ‘l fuq minn 71,000 Palestinjan f’Gaza matul dawn l-aħħar sentejn, kif ukoll wara okkupazzjoni illegali ta’ artijiet Palestinjani.

Preżenti għal din il-konferenza stampa kien hemm rappreżentanti ta’ diversi entitajiet u persuni mix-xena tal-arti, fosthom tal-MEIA.
Net News tkellem mal-President MEIA, Maria Galea, fejn waqt li insistit li l-artisti Maltin għandhom jingħataw kull appoġġ u għajnuna, il-PBS u Malta għandha iġġor responsabbiltà etika u soċjali.
Intant, il-Moviment Graffiti ser jkunu qed jorganizzaw protesta nazzjonali fit-21 ta’ Frar quddiem il-Parlament Malti bit-tema ta’ l-ebda Mużika għall-Ġenoċidju.

Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>

