L-Istati Uniti qed titfa’ pressjoni fuq l-Ukrajna u r-Russja sabiex tintemm il-Gwerra fil-Lvant tal-Ewropa sa Ġunju li ġej; Gwerra li issa ilha għaddejja kważi erba’ snin.
L-isforzi mmexxija mill-Istati Uniti biex jintemm l-aktar kunflitt fatali fl-Ewropa … mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn intensifikaw fl-aħħar ġimgħat, u sa issa ma jidher li hemm l-ebda qbil bejn Moska u Kyiv fuq il-kwistjoni ewlenija tat-territorju.
Ir-Russja, li tokkupa madwar għoxrin fil-mija tat-territorju tal-Ukrajna, qed tinsisti li tikseb kontroll sħiħ fuq ir-reġjun tal-Lvant ta’ Donetsk bħala parti minn kwalunkwe ftehim, u heddet li tieħdu bil-forza jekk it-taħditiet ifallu.
Madankollu, Zelensky insista li kwalunkwe telf ta’ territorju jkompli jsaħħaħ lil Moska u għalhekk mhux se jiffirma l-ebda ftehim li jagħti lok lil Putin li jerġa’ jinvadi lill-Ukrajna fil-futur.
//= $special ?>

