Lokali

Quddiesa f’għeluq snin Eddie Fenech Adami

Aktar kmieni dalgħodu, fid-Dar tal-Providenza saret quddiesa li immarkat għeluq snin Eddie Fenech Adami.

Din il-quddiesa issa saret tradizzjoni għall-familja Fenech Adami, u okkażjoni li ġġib flimkien lil dawk kollha li tul is-snin ħadmu qrib l-eks Prim Ministru u President Emeritu ta’ pajjiżna.

Għal din l-okkażjoni attenda l-Kap tal-PN Alex Borg flimkien ma’ Sarah. U wara, kellhom l-opportunità jżur anke l-istess Dar tal-Providenza.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello, l-MEP David Casa u d-deputat Graziella Galea.

Alex Borg iddawwar mal-binja tad-Dar tal-Providenza mid-Direttur tal-istess Dar Fr Martin Micallef.