Sewwieq ta’ mutur kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi fiż-Żejtun.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:15 tal-Ġimgħa filgħaxija, fi Vjal il-25 ta’ Novembru, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti ż-Żejtun, Honda Fit misjuqa minn
Filippin ta’ 61 sena residenti Santa Venera u mutur Honda NSS misjuq minn raġel ta’ 51 sena
residenti s-Siġġiewi.
Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 51 sena l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

