Lokali

Steve Chetcuti jikteb l-istorja b’qadfa ta’ 3,000 mil fl-Oċean Atlantiku

L-atleta Malti Steve Chetcuti irnexxilu jikteb l-istorja u jikser rekord nazzjonal,i b’qadfa ta’ 3,000 mil fl-Oċean Atlantiku. Huwa wasal f’English Harbour, Antigua, ftit wara is-siegħa u kwart ta’ filgħodu fil-lejl ta’ bejn l-Ġimgħa u s-Sibt, ara vjaġġ solitarju ta’ 54 jum, sebat ijiem u 56 minuta fuq dgħajsa ta’ 25 pied.

Meta wasal fuq l-art wara kważi tmien ġimgħat fuq il-baħar, Chetcuti intlaqa’ minn martu Desiree, minn ommu u minn oħtu.

Fl-aħħar tal-avveniment, Chetcuti ġie l-ħames post fil-kategorija solo, is-27 fil-klassi tal-irġiel, u d-39 overall minn total ta’ 43 tim.

Din kienet it-tieni darba ta’ Chetcuti li qadef fl-Atlantiku, iżda l-ewwel darba tiegħu waħdu, bħala parti mill-avveniment World’s Toughest Row. Dan għaliex, lura fl-2021, l-atleta Malti flimkien mat-tim tiegħu qasmu l-Atlantiku mill-Portugall sa French Guyana fl-Amerika t’Isfel, f’qadfa ta’ 6,000 mil fuq dgħajsa tal-qdif li ħadilhom 51 ġurnata, 18-il siegħa u sekonda.