Lokali

Tinġabar is-somma ta’ €101,494 waqt l-inizjattiva ‘Awguri Eddie’

€101,494

Kienet din is-somma sabiħa li nġabret matul l-inizjattiva, ġbir ta’ fondi bl-isem ‘Awguri Eddie’ permezz tal-programmi fuq Net FM – propju lejlet għeluq it-92 sena tal-President Emeritu u Eks Prim Ministru ta’ pajjiżna Eddie Fenech Adami.

Din il-ġabra ta’ ‘l fuq minn fuq minn mitt elf ewro se tmur sabiex jissaħħaħ l-operat tal-midja tal-Partit Nazzjonalista – fost l-oħrajn bix-xiri ta’ apparat ġdid għall-istazzjonijiet u investiment fl-infrastruttura moderna.

Għal din l-okkażjoni, apparti l-inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi, sar ukoll programm speċjali fuq NET Television.