Futbol Sport

Floriana jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’rebħa fl-aħħar sekondi fuq Gżira United

(Ritratt: Floriana FC)

GŻIRA UNITED……………1

FLORIANA………………….2

Gżira United kienu sfortunati li ma kisbu mill-inqas punt fil-partita kontra Floriana hekk kif minkejja li ħadu l-vantaġġ kmieni, il-Greens kienu reżiljenti biżejjed biex sa tmiem il-partita dawru l-iskor u kisbu t-tlett punti kollha biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Closing Rounds League Phase b’total ta’ 13-il punt wara l-ewwel 5 partiti, fejn kisbu 4 rebħiet u draw waħda, sabu x-xibka 10 darbiet u kkonċedew tlett gowls, medja ta’ żewġ gowls kull partita skorjati.

Il-Maroons skorjaw permezz ta’ Maxwell Samurai Maia fil-11-il minuta, bil-plejer ta’ 34 sena jiskorja r-raba’ gowl f’dawn il-5 partiti li ntlagħbu s’issa.

Floriana stennew sat-tieni taqsima hekk kif Mustapha Jah skorja l-gowl tad-draw. Tmiem drammatiku għall-aħħar hekk kif Manuel Rui Linhares Areias tefa lis-sapporters Furjaniżi f’dellirju ta’ ferħ meta skorja daqqa ta’ ras fl-94 minuta biex ta tlett punti preżżjuzi lill-Greens.

Partiti speċjali ukoll għal Paul Mbong li ngħaqad ma’ Floriana f’Jannar u għamel id-debutt tiegħu mal-Greens wara li daħal fl-54 minuta minnflokk Kenan Dervisagic.

Mbong kien qiegħed jilagħab l-aħħar ma’ FC Cukaricki fis-Serbja.

Referee: Daniel Casha

Plejer tal-partita: Varela Escudero (Floriana)