L-abort ma huwa xejn għajr kelma oħra minflok qtil ta’ ħajja ġdida li tnisslet fil-ġuf tal-omm.
Kien dan il-qofol tal-messaġġ tal-omelija li wassal l-Arċisqof Emeritu George Frendo meta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta saret quddiesa kkonċelebrata sabiex ikun imfakkar Jum il-Ħajja.
Fl-omelija, l-Arċisqof Emeritu spjega illi t-tfal huma don li Alla jbierek lil koppja bih bħala rigal tal-koperazzjoni tagħhom miegħU. U huwa propju għalhekk illi għandna napprezzaw u nħarsu lit-trabi sa mill-konċepiment tagħhom.
Huwa anke spjega li kif pajjiżna wera interess fil-fkieren li twieldu fil-bajjiet tagħna, mela għandu jkun hemm ukoll interess u attenzjoni lejn ħajja li tibda propju fil-ġuf ta’ persuna. U li anke kkwota lill-Monsinjur Pawlu Cremona li madwar sittin sena ilu tenna li l-abort huwa risposta negattiva li l-bniedem jagħti għall-proposta ta’ Alla.
Din iċ-ċelebrazzjoni kienet organizzata mill-Malta Unborn Child Platform li kienet imwaqqfa lura fl-2003, bil-parteċipazzjoni tad-Direttur Spiritwali tal-Moviment ta’ Kana u anke l-Malta Life Network Foundation.
//= $special ?>

