Kenneth Vella
Hiant Du Val, Gold From Heaven u Fun De Banville rebħu t-tliet tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu semifinali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140 metru. Għamlu parti wkoll mill-ħames laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott. Mit-tliet semi finali Gold tnax kienu ż-żwiemel li għamluha għall-finali ta’ dan l-ewwel kampjonat tal-istaġun.
Fl-ewwel semifinali Hiant Du Val (Rodney Gatt) ħa t-tieni rebħa nfila wara attakk 700 metru mit-tmiem. Gold From Heaven (Paul Galea) ukoll ħa t-tieni rebħa konsekuttiva wara li kien il-ħin kollu quddiem fit-tieni semifinali. Fit-tielet u l-aħħar semifinali, is-sewwieq Għawdxi Marvin Cauchi poġġa lir-rebbieħ Fun De Banville quddiem meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. B’hekk dan ħa l-ewwel rebħa f’Malta.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) Ħin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Mareenasin (C. Micallef) 3. Rose Lloyd (D. Farrugia) 4. Goldwyn Du Bocage (C. Calleja)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Helios D’Albret (J. Farrugia) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Goelo Du Pilet (Ch. Vassallo) 3. Love Your Choice (E. Farrugia) 4. Emelie E (J. P. Farrugia)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Il Conto (C. Vassallo) Ħin – 3.21” (1.16.1”) 2. Islande Elde (J. Tabone) 3. Enclos (J. Spiteri) 4. First Des Pleignes (J. Vassallo)
IV Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Fitzy De Vive (L. Frendo) Ħin – 3.14.4” (1.13.6”) 2. Ermes De Corday (J. Gafa’) 3. Digital Dominance (L. Ghigo) 4. Hope (R. Magro)
V Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Hiant Du Val (R. Gatt) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Great D’Arry (L. Ghigo) 3. Hani Bird (D. Baldacchino) 4. No Pressure (K. Galea)
VI Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Gold From Heaven (P. Galea) Ħin – 2.44.1” (1.16.9”) 2. Durello (O. Briffa) 3. Hana Am (J. Attard) 4. Arachis P.R.(J. Gafa’)
VII Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Fun De Banville (M. Cauchi) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Onas Quintus (R. Gatt) 3. Surf’N Turf (Ch. Camilleri) 4. Cruise (Paul Galea)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Djembe Du Pont (R. Gatt) Ħin – 3.17.7” (1.14.9”) 2. Epicuro Luis (R. Magro) 3. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 4. Dencos Miss Caruso (J. Gafa’)
//= $special ?>

