Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista se jara li s-settur tal-ġustizzja jkompli jissaħħaħ” – Joe Giglio

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

“L-aġir ta’ Robert Abela fil-konfront tal-għażla ta’ Prim Imħallef huwa inaċċettabbli u ma kellux għażla oħra ħlief li jaċċetta t-talba tal-Kap tal-PN li jiddiskutu din l-għażla tant importanti għad-demokrazija ta’ pajjiżna.”

Hekk stqarr ix-Shadow Minister Joe Giglio waqt attività politika li saret il-Ħadd filgħodu fil-Mosta fejn matul id-diskors tiegħu tkellem dwar is-settur tal-ġustizzja – settur li għandu bżonn ikompli jissaħħaħ.

B’rabta mad-diskussjonijiet li għaddejjin preżentament fuq il-Prim Imħallef, Joe Giglio qal li l-aġir ta’ Robert Abela huwa inaċċettabli għaliex qatt ma kellu jiżvela isem mingħajr qbil. Hawnhekk huwa fakkar, li d-diskussjonijiet bdew b’mod serju wara t-talba ripetuta li saret mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Matul id-diskors tiegħu, huwa tkellem ukoll dwar ir-riforma li qed issir fil-konfront tal-Qorti tal-Familja – riformi li huma importanti ħafna għall-pajjiżna.