Lokali

“Il-PN se jkompli jfassal politika li tindirizza l-isfidi tal-familji” – Ivan Castillo

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

“Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jfassal politika li tindirizza l-isfidi tal-familji.”

Sostna dan ix-Shadow Minister Ivan Castillo waqt attività politika li saret il-Ħadd filgħodu fil-Mosta.

Ivan Castillo rrefera għall-stħarriġ li sar mill-IMF dan hekk kif dan l-istħarrig ta raġun lill-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-fatt li pajjiżna ma jistax jibqa’ sejjer f’din id-direzzjoni – saħaq li hemm bżonn bidla fil-mudell ekonomiku.

Hawnhekk, huwa fakkar f’dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista propju li jkun hawn impjiegi ta’ kwalità b’investiment f’niċeċ ekonomiċi ġodda. Dan apparti wkoll fakkar fil-proposta tal-Partit Nazzjonalista li jsir labour market study.

Huwa qal ukoll li pajjiżna qed jaffaċċja diversi sfidi fosthom in-nuqqas ta’ twelid ta’ trabi u fakkar li l-Partit Nazzjonalista kien ippreżenta l-proposta li l-maternity leave jkun ta’ sena.

Għaldaqstant, Gvern ġdid Nazzjonalista se joffri flessibilità lill-familji sabiex ikollhom il-ħajja li jixirqilhom.