Parma ħadu vantaġġ tal-vantaġġ numeriku li kisbu kmieni fil-partita hekk kif il-midfielder ta’ Bologna, Tommaso Pobega ntwera karta ħamra wara 18-il minuta logħob u b’hekk Parma rebħu 1-0.
Parma spiċċaw ukoll jilagħbu b’għaxra pero iżjed tard fil-partita meta Mariano Troillo ntwera t-tieni karta saffra tiegħu. Kien Odronez li skorja fil-95 minuta l-gowl tar-rebħa.
Lecce skorjaw gowl fl-aħħar minuti biex kabbru d-distakk minn maż-żona ‘l ħamra b’tlett punti minn ma’ Fiorentina. L-iskor finali bejn Lecce u Udinese kien 2-1.
Lecce skorjaw kmieni permezz ta’ Gandelman, u Udinese għamlu l-iskor indaqs fis-26 minuta minn penalty ta’ Solet.
Lameck Banda skorja l-gowl tar-rebħa fid-90 minuta.
Inter komplew id-dominju assolut tagħhom fis-Serie A, u ma sabu assolutament l-ebda diffikulta’ biex għelbu lil Sassuolo, bl-iskor finali jkun 5-0.
In-Nerazzuri skorjaw darbtejn fl-ewwel taqsima permezz ta’ Yann Bisseck u Marcus Thuram, żewġ assists ta’ Dimarco. L-avversarji kellhom iċ-ċans li jnaqqsu l-iskor ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Kristian Thorstvedt skorja, madankollu l-gowl kien imħassar bil-VAR.
Lautaro Martinez beda b’saħħa fit-tieni taqsima u skorja t-tielet gowl fil-50 minuta, qabel Dimarco kiseb il-hat-trick ta’ assists fit-53 minuta meta ta suġġeriment lil Manuel Akanji.
Żewġ karti sofor fi ftit sekondi għal veteran Nemanja Matic li spiċċa tkeċċa fl-54 minuta.
Luis Henrique skorja l-aħħar gowl tal-partita fit-88 mintua.
Juventus kienu viċin li jitilfu t-tieni partita konsekuttiva wara d-diżappunt enormi li soffrew fil-Coppa Italia fejn inqalgħu fil-kwarti finali kontra Atalanta. Il-Ħadd, Juventus irnexielhom isalvaw punt b’gowl ta’ Kalulu lejn l-aħħar.
Juventus ħasbu li fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima minn xutt mill-bogħod ta’ Teun Koopmeiners, pero l-gowl kien imħassar wara konsultazzjoni tal-VAR minħabba pożizzjoni rregolari ta’ Thuram.
Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima l-veteran Pedro Rodriguez skorja l-ewwel gowl validu tal-partita u ħa lill-Biancocelesti jistrieħu fil-vantaġġ.
Gustav Isaksen irdoppja fil-bidu tat-tieni taqsima, u Weston Mckennie naqqas l-iskor wara siegħa logħob.
Id-difensur Pierre Kalulu salva punt għal Juventus b’daqqa ta’ ras fid-96 minuta.


