Fit-Tajlandja, qed jingħaddu l-voti mitfugħin waqt l-elezzjoni ġenerali bikrija…Proċess li sar wara l-kroll ta’ diversi gvernijiet ta’ koalizzjoni, f’sitwazzjoni fejn il-pajjiż kien spiċċa mmexxi minn tlett Prim Ministri fi tlett snin.
Ikkuntestaw din l-elezzjoni l-kandidati tal-Partit tal-Poplu li jridu l-bidliet kbar fit-Tajlandja u l-konservattivi tal-Prim Ministru Tajlandiż, Anutin Charnavirakul – bl-istħarriġ jindika tellieqa missielta bejn l-entitajiet.
Minkejja kollox, fit-Tajlandja, teżisti sitwazzjoni fejn l-entitajiet influwenti li mhumex eletti huma disposti biex jintervjenu kontra l-partiti progressivi li jkunu qed jisfidaw l-istatus quo fil-pajjiż. Dan ukoll meta l-Partit għal Tajlandja Kburija ta’ Anutin illum jitqies bħala l-partit ewlieni għall-konservattivi Tajlandiżi.
Madankollu, l-aħħar stħarriġ popolari — flimkien mal-fażijiet bikrija tal-għadd tal-voti – kienu qed jissuġġerixxu li l-ebda partiti mhu se jirbaħ maġġoranza fil-Parlament…Dan ukoll fost l-istennija li Anutin għandu jkompli bħala Prim Ministru.
//= $special ?>

