Raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta ammetta li hedded lil martu u bintu waqt argument li kellhom fir-residenza tagħhom.
Fil-Qorti ntqal li l-argument seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-9:00 bir-rapport lill-Pulizija mbagħad sar għall-ħabta tal-4:00 tal-Ħadd filgħodu.
Ġie spjegat li l-argument beda wara li l-mara ma nfurmatx lir-raġel tagħha li kien ġej xi ħadd id-dar biex isewwi l-panelli dan apparti li rriżulta li fil-ħin tal-argument l-imputat kien xurban.
Għaldaqstant, huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih dan filwaqt li l-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li l-piena f’dan il-każ għandha tkun ta’ libertà kundizzjonata.
Kien għalhekk li l-Maġistrat Gabriella Vella illiberatu bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn.
//= $special ?>

