Għawdex Kultura Lokali

Jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival fin-Nadur

Il-Ħadd waranofsinhar folla kbira ta’ nies bdiet tiċċelebra l-karnival fil-pjazza ewlenija tan-Nadur – bi programm imżewwaq u mimli daqs bajda, fejn ġiet ċċelebrata l-espressjoni artistika u t-tradizzjonijiet kulturali.

Fin-Nadur spikka l-ispettaklu ta’ żfin mit-tfal u żfin tal-kbar, il-banda, kant u maskeruni, karrijiet, ċajt, briju u ftit togħma tal-karnival spontanju.

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkomplu ċ-ċelebrazzjonijiet fin-Nadur fejn bħal kull sena hemm stennija kbira għall-Karnival spontanju b’eluf ta’ Maltin jerħula lejn din il-pjazza b’kostumi b’laqta komika kif ukoll uniċi.