Futbol Sport

Manchester City jibqgħu fit-tiġrija għall-kampjonat b’rebħa kruċjali fuq Liverpool

(Ritratt: EPA)

Wara 12-il partita mingħajr rebħa, Crystal Palace finalment jirrotrnaw biex jieħdu tlett punti hekk kif għelbu lil Brighton 1-0.

Il-gowl tar-rebħa jasal wara 61 minuta minn Ismaila Sarr u l-assist jasal mill-akkwist il-ġdid Evann Guessand.

Manchester City irnexxielhom iżommu l-pass ma’ Arsenal u naqqsu d-distakk bejn iż-żewġ timijiet għal sitt punti wara 25 partita. Dan jasal wara r-rebħa important li kisbu fuq Liverpool f’Anfield, bil-partita tiddetermina ruħha minn tieni taqsima intensiva u kumbattuta.

Ir-Reds fetħu l-iskor permezz ta’ dak li huwa possibilment il-plejer tal-istaġun għalihom flimkien ma’ Hugo Ekitike, hekk kif Dominik Szoboszlai sab ix-xibka fl-74 minuta.

Manchester City ma qatgħux qalbhom minkejja li qalgħu l-gowl pjuttost tard hekk kif Bernardo Silva skorja l-gowl tad-draw għaxar minuti wara mill-assist ta’ Erling Haaland.

Minkejja l-partita kwieta ta’ Haaland, l-attakkant Norveġiż kien fundamentali fil-mumenti deċiżivi, hekk kif apparti l-assist li pprovda għal Silva, huwa skorja l-gowl tar-rebħa fit-93 minuta meta kkonverta l-penalty mogħti lilu li wasal minn foul kommess tal-goalkeeper Alisson.