Basketball Sport

Mapfre MSV Life Knock-out Nisa: Finali bejn Caffè Moak Luxol u Hibernians

(Ritratt: Elton Sant)

Colin Schembri

Athleta…………………………..40

Caffè Moak Luxol…………89

(15-22)(6-24)(10-32)(9-11)

Caffe Moak Luxol kisbu rebħa ta’ 89–40 kontra Athleta f’logħba li marret f’direzzjoni waħda mill-bidu u saru l-ewwel finalisti tan-Knock out. Id-differenza dehret fil-punti minn turnovers (29 kontra 6) u fil-fast breaks (18 kontra 7), kif ukoll fil-kontribut mill-bank fejn Luxol skorjaw 25 punt. Athleta sabu diffikultà kbira fl-attakk, b’persentaġġ ta’ 18% u 4 three pointers, filwaqt li Luxol żammew vantaġġ għal kważi l-partita kollha (37:59). Athleta kellhom bidla fit-tmexxija tat-team hekk kif it-team għadda f’idejn Karl Borg li diġa kien involut fit-teamijiet taż-żgħar tal-istess club. Huma kellhom ukoll lura lil Kelsey Abela u għall-ewwel darba lil Alexa Pisani. Luxol irkupraw lil Rebecca Fenech Pace però kienet nieqsa Ella Abela. Athleta għamlu l-ewwel tlett punti minn Macy Tyler Smith però Luxol wieġbu malajr bi break ta’ 10-0 li bdewh u spiċċawh bi trippli minn Olivia Wikstrom b’Lisa Fenech Pace tikseb il-kumplament tal-punti. Smith waqqfet din ir-run flimkien ma’ Julia Schembri li għamlet trippla hekk kif Athleta naqqsu d-distakk għal basket 13-15. Luxol kellhom trippla oħra minn Wikstrom flimkien mal-punti minn Lisa u Sarah Fenech Pace għal skor ta’ 15-22 fi tmiem l-ewwel taqsima. It-tieni sessjoni kienet storja differenti hekk kif Athleta kellhom sensiela ta’ turnovers u Luxol approfittaw biex kabbru d-distakk. Huma kellhom fost l-oħrajn trippla oħra ta’ Wikstrom flimkien ma’ punti minn L. Fenech Pace u Vanya Baldacchino. Athleta kellhom risposta primarjament minn Smith però Luxol kellhom run oħra ta’ 12-0 biex daħlu jistrieħu 46-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol kellhom mument ieħor tajjeb bi tlett trippli wara xulxin, tnejn minn Jada Said u oħra ta’ Gwen Carabott. Athleta ukoll kellhom trippla minn Schembri però Luxol għalqu s-sessjoni bi break ta’ 12-2 bi trippla ta’ Wikstrom u punti ta’ Baldacchino għal skor ta’ 31-78. L-aħħar sessjoni kienet mill-ġdid f’idejn Luxol bil-coach Roderick Vella jagħmel ukoll rotazzjoni bil-ħsieb tal-finali ta’ tlett ‘ijiem wara f’moħħu. Is-sessjoni fetħet bi trippla ta’ Smith bil-Luxol ikollhom ħin għal break qasir ta’ 6-0. Athleta għalqu bl-aħħar punti ta’ Smith hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 89-40.

Athleta: E. Farrugia, J. Schembri 6, N. Vella 3, K. Calleja, K. Caruana, J. Micallef 1, M. Tyler Smith 28, Ke. Abela, S. Vella 1, Ka. Abela 1, L. Camilleri, A. Pisani

Caffè Moak Luxol: G. Carabott 5, K. Magro, E. Axisa 5, L. Fenech Pace 14, R. Fenech Pace 6, A. Xuereb, J. Said 6, M. Camilleri, S. Fenech Pace 8, O. Wikstrom 31, V. Baldacchino 14, S. Sciberras

Referees: Fiorentina Ciurariu, Miguel De Flavia, July Londono.

Hibernians………………..61

Starlites Revive………..58

(14-9)(20-11)(13-20)(14-18)

Hibernians għelbu lil Starlites Revive 61–58 f’partita bilanċjata ħafna li baqgħet miftuħa sal-aħħar sekondi biex issa jiltaqgħu kontra Luxol fil-finali. Minkejja li Hibs fuq quddiem għal kważi l-logħba kollha (39:43 minuta) fejn kellhom ukoll vantaġġ massimu ta’ 18-il punt (29-11), lejn it-tmiem sofrew ir-rimonta ta’ Starlites li rathom jaslu sa’ tlett punti ‘l bogħod. Hibs kellhom ukoll anqas turnovers  filwaqt l Starlites kellhom 10 rebounds aktar mill-avversarji. Starlites irkupraw lil Ylenia Ferrando u Julija Dabic għal din il-partita u Hibs ikkonfermaw il-formazzjoni tipika tagħhom. Kienu Hibs li kellhom l-aħjar bidu tal-partita meta bdew bi break ta’ 9-1 fl-ewwel erba’ minuti b’punti minn Josephine Diaby u trippla ta’ Steffi De Martino. Dabic daħlet tilgħab u għamlet żewġ baskets wara xulxin hekk kif Starlites naqqsu d-distakk għal 4punti. Andie Saliba wieġbet bi trippla għal Hibs li temmew is-sessjoni 14-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs komplew b’seba’ punti oħra mingħajr risposta b’Saliba, De Martino, Marie Buhagiar u Sacha Lecuyer kollha jagħmlu l-punti. Minkejja li Starlites waqqfuhom b’basket minn Rebecca Naudi, Hibs komplew jiddominaw b’run oħra ta’ 8-0 bi trippli ta’ De Martino u Saliba għal skor ta’ 29-11. Haverlock bi trippla flimkien ma’ Naudi ġabu xi punti lura għal Starlites però fl-intervall il-vantaġġ ta’ Hibs kien ta’ 14-il punt 34-20.

Starlites bdew aħjar fit-tielet sessjoni u bil-punti ta’ Haverlock, Dabic u Mikela Riolo naqqsu d-distakk għal disa’ punti 37-28. De Martino wieġbet bi trippla oħra għal Hibs però l-players ta’ Christina Curmi komplew jagħfsu tant li sad-disa’ minuta d-differenza kienet ta’ 4 punti però trippla ta’ Saliba qabel tmiem il-perjodu tat ftit tan-nifs lil Hibs għal skor ta’ 47-40. Fl-aħħar sessjoni, Hibs dehru li se jerġgħu jieħdu kontroll wara li bi trippla minn De Martino u punti minn Lecuyer fetħu vantaġġ ta’ 13-il punt fir-raba’ minuta 53-40. Starlites però ma ċedewx u kellhom it-trippli ta’ Michela Zammit Cordina u Haverlock u bi 23 sekonda għat-tmiem waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod 57-54. Starlites ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ però Lecuyer u Macleod ma żbaljawx il-free-throws. Il-partita għalqet bi trippla stupenda ta’ Haverlock minn tlett kwarti ta’ court li però ma servietx biex Satarlites jaqilbu r-riżultat biex Hibs għaddew għall-finali fuq skor ta’ 61-58.

Hibs: M. Buhagiar 5, L. Micallef, I. Agius, S. Lecuyer 6, A. Saliba 19, M. Bonett, S. De Martino 16, M. Marmara, N. Farrugia, H. Macleod 7, J. Diaby 8, K. Sammut.

Starlites Revive: Y. Ferrando, M. Riolo 6, P. Riolo 3, M. Zammit Cordina 4, M. Fenech 4, R. Naudi 6, G. Haverlock 25, B. Sciberras, A. Cassar Saguna, L. M. Zammit, J. Abela, J. Dabic 10.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jacques Siefert, Wendell Lim