Lokali

Numru ta’ residenti evakwati wara ċaqliq f’bini f’Santa Venera

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Numru ta’ persuni kellhom jiġu evakwati minn djarhom wara li l-BCA rċeviet rapport li ġie nnutat ċaqliq fil-bini ta’ terzi persuni f’Santa Venera.

Kienu propju ftit tal-minuti ilu illi l-BCA, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali spjegat li fl-aħħar sigħat ġie nnutat ċaqliq fil-bini ta’ terzi fi Triq Misraħ il-Barrieri f’Santa Venera.

It-telefonata li daħlet permezz tal-linja 138, wasslet sabiex l-Awtorità flimkien mal-OHSA, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija u anke l-periti tal-proġett jinsabu fil-post għaddejin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Il-BCA spjegat li din is-sitwazzjoni qed tiġi segwita permezz ta’ crack monitors.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo