Sport Sport Ieħor

Rebħiet għal Falcons u Swieqi fil-partiti ewlenin

It-tim ta' Paola U17

Iż-żewġ logħbiet mill-kampjonat Super League li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera raw ir-rebħiet ta’ Falcons u Swieqi Phoenix Nium. Fl-ewwel konfront, iċ-champions Falcons rebħu lil Flyers 3-0. Madankollu din kienet logħba ferm bilanċjata b’Falcons jirbħu l-ewwel set 25 għal 20 u t-tieni u t-tielet set bl-iskor ta’ 25 għal 22. 

Fit-tieni konfront il-leaders Swieqi għilbu lil Birkirkara bl-iskor ukoll ta’ 3-0,. Is-sets, Swieqi l-ewwel kienu 25 għal 21, 25 għal 21 u 25 għal 23. Dan kollu jindika li Birkirkara, għalkemm tilfu, taw sfida denja lil Swieqi.

Ir-riżultati kollha

Super League

Flyers vs Falcons 0-3 (20-25, 22-25, 22-25)

Birkirkara vs Swieqi Phoenix Nium 0-3 (21-25, 21-25, 23-25)

L-Ewwel Diviżjoni

Depiro Volley vs Birkirkara Reds 3-1 (24-26, 25-16, 25-15, 25-20)

Under 19

Paola Cool and Kiwi vs Depiro 0-3 (16-25, 17-25, 11-25)

Under 17

Birkirkara vs Depiro 3-2 (25-21, 25-21, 20-25, 24-26, 21-19)

Paola Maypole vs Falcons 3-0 (25-14, 25,21, 25-11)

Under 15

Birkirkara vs Paola Maypole 0-3 (16-25, 22-25, 13-25)

Flyers vs Depiro Gold 3-0 (25-14, 25,13, 25-14

It-tim tal-Falcons għelbu lil Flyers 3-0