Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar żewġ sulari fix-Xewkija Għawdex.
Kien il-Ħadd filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq tal-Loġġa, ix-Xewkija, Għawdex hekk kif raġel ta’ 45 sena residenti l-Mosta waqa’ għoli ta’ żewġ sulari bil-mutur b’kollox.
Minnufieh isejjħu l-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija u anke tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn itella’ dan ir-raġel sabiex jingħata l-għajnuna.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed b’mod urġenti l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.



