Internazzjonali

Stennija kbira għall-elezzjonijiet fit-Tajlandja

Ritratt: BBC News

Tliet Prim Ministri fi tliet snin u gwerra. Kienet din is-sitwazzjoni instabbli li ddominat it-Tajlandja fl-aħħar snin, hekk kif matul il-jum tal-Ħadd qed issir elezzjoni oħra għat-tmexxija tal-pajjiż.

L-aħħar elezzjoni fit-Tajlandja kienet rebħa għall-partit Move Forward, illi bena l-kampanja tiegħu fuq riformi ekonomiċi, żieda fil-kontabbiltà tal-militar Tajlandiż u anke tnaqqis fil-pieni tal-liġi.

Iżda minkejja din ir-rebħa, il-forzi konservattivi rnexxielhom iwaqqfu lill-partit rebbieħ milli jifforma gvern fejn kien iddikjarat li t-tibdil fil-liġi li ppropona dan il-partit kien mezz kif ikissru s-sistema politika.

U wara tliet snin turbolenti għal dan il-pajjiż, il-Partit Move Forward, issa taħt l-isem ta’ The People’s Party qed jikkontesta l-elezzjonijiet mill-ġdid, iżda l-polls juru li f’każ li l-partit jirbaħ mhux ħa jkun possibbli li jifforma gvern u għaldaqstant tkun mistennija koalizzjoni.