Futbol Sport

Tieni rebħa infila għal Paul Zammit ma’ Birkirkara b’gowl fl-aħħar minuti fuq Valletta

(Ritratt: Andrew Grima)

BIRKIRKARA…………….1

VALLETTA………………..0

Birkirkara ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva kemm ilu fit-tmexxija l-kowċ Paul Zammit wara li spiċċa mill-kariga tiegħu bħala kowċ ewlieni ta’ Sliema Wanderers.

B’dan ir-riżultat Birkirkara telgħu fis-sitt post tal-klassifika, punt wieħed biss fuq Valletta.

Il-gowl tant important li wassal għar-rebħa tal-Istripes jasal propju fis-87 minuta minn korner mogħti mil-lemin lejn Makoma li bir-ras għeleb lill-goalkeeper Belti Aguero.

Referee: Slobodan Petrovic

Plejer tal-partita: Aleandro Garzia ta’ Birkirkara.