Lokali

Avviż mill-Awtorità tas-Saħħa dwar ħalib tat-trabi li mhux tajjeb għal konsum

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed javżaw li ma’ 11-il tip ta’ ħalib tat-trabi m’humiex tajjeb għal konsum hekk kif hemm riskju li dawn ġew ikkontaminati mill-batterji.

Dawn huma:

  •  1. Aptamil AR 2 400g Batch/Best Before:  20260924 / 24-09-2026  20261106 / 06-11-2026
  • 2. Cow & Gate Anti Reflux 800g Batch: 20261216 / 16-12-2026 20270218 / 18-02-2027
  • 3. Cow & Gate First 800g Batch: 20261029 / 29-10-2026
  • 4. Aptamil Pronutra 2 800g Batch: 20260619 / 19-06-202620260922 / 22-09-202620261027 / 27-10-202620261130 / 30-11-202620261219 / 19-12-202620270121 / 21-01-2027
  • 5. Aptamil Pronutra 1 800g Batch: 20260904 / 04-09-202620261014 / 14-10-202620261126 / 26-11-2026
  • 6. Cow & Gate Hungry 800g Batch: 20270105 / 05-01-2027
  • 7. Aptamil Pronutra 1 400g  Batch: 20261118 / 18-11-2026
  • 8. Bebelac 1 400g Batch: 20260808 / 08-08-202620261120 / 20-11-202620261210 / 10-12-2026
  • 9. Aptamil Pronutra 2 400g Batch: 20261222 / 22-12-202620270127 / 27-01-2027
  • 10. Aptamil Pronutra 2 1200g Batch: 20261212 / 12-12-202620270218 / 18-02-2027
  • 11. Aptamil Pronutra 1 1200g Batch: 20261211 / 11-12-2026

Il-possibbilità tal-preżenza ta’ ‘cereulide’ (tossina) tagħmel dawn il-prodotti mhux sikuri biex jiġu kkunsmati.

‘Cereulide’ hija tossina prodotta minn tipi ta’ ‘Bacillus cereus’. ‘Cereulide’ hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x’aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda bit-tisjir, bl-użu ta’ ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista’ twassal malajr għal sintomi ta’ avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta’ żaqq.

Il-konsumat​​ur m’għandux jikkonsma dawn il-prodotti u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025901 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

L-Awtorità se tkun disponibbli biex twieġeb għall-mistoqsijiet tal-pubbliku permezz ta’ ħinijiet estiżi tat-telefon. Fid-9 ta’ Frar 2026, il-pubbliku jista’ jikkuntattja lill-Awtorità fuq 26025901 sat-tminja ta’ filgħaxija (8:00pm), filwaqt li fl-10 ta’ Frar 2026, il-pubbliku jista’ jikkuntattja lill-Awtorità fuq 26025211 bejn it-tminja ta’ filgħodu u nofsinhar (8:00am – 12:00pm).